Lokali

Aġġornata: Saċerdot jeħlisha ħafif meta nqaleb bil-karozza biex jevita ‘coach’ li kienet ġejja fid-direzzjoni tiegħu

Jista’ jgħoddha b’waħda Saċerdot ta’ 32 sena mill-Imsida, li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad. Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li għall-ħabta tal-10.30am, is-Saċerdot, Fr Malcolm Agius, li hu l-Kappillan tal-Knisja Parrokjali ta’ Santa Luċija, kien għaddej fi triqtu bil-vettura tat-tip Maruti 800.

Jirriżulta li fil-karreġġjata l-oħra tat-triq, coach qabżet karozza tal-linja li kienet għaddejja fl-istess karreġġjata. Kien f’dan il-mument li Fr Malcolm sab il-coach ma’ wiċċu u biex jipprova jevita mess il-bankina, bil-vettura tispiċċa tinqaleb rasha ‘l isfel. Fil-post wasal tim mediku mill-Isptar li ħa lis-Saċerdot lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Fortunatament, hu kien iċċertifikat li sofra biss feriti ħfief.

F’kummenti lil MaltaRightNow.com, Fr Malcolm qal li fortunatament hu sofra biss ftit grif u daqqa f’idu. Spjega kif wara li ngħata l-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza, intbagħat id-dar għall-mistrieħ.