Storja fil-ġurnal The Malta Independent tiżvela kif familja li nvestiet fi propjeta’ f’pajjiżna, biex effetivament tgħix fiha, spiċċat vittma ta’ diskriminazzjoni u fi kliemhom stess vittma ta’ bullying mill-kumpanija ARMS Limited.
Dan hekk kif f’St. Patrick’s Day, f’Marzu, l-ARMS Limited qatgħet il-provvista tal-elettriku lill-familja.
Skont kif anke ġie rrapurtat f’media oħra, jidher li l-familja Keague ma kinitx qed tħallas kontijiet tad-dawl meqjusa minnha bħala għoljin b’mod esaġerat. Kontijiet li l-familja qed issostni li bilfors fihom xi żball.
Iżda meta l-familja għamlet kuntatt mal-ARMS qalulhom li l-kontijiet bilfors qed jiċivuhom daqsekk għoljin għaliex ma kinux ċittadini Maltin, minkejja li huma ċittadini Ewropej.
Huma spiċċaw biex fid-dar kollha użaw bozoz energy saving u l-geyser jixgħeluh biss siegħa kuljum. Dan minbarra l-fatt li l-kontijiet baqgħu jirċivuhom għoljin. U hemm fejn bdew jiffaċjaw problemi finanzjarji.
Fortunatament skoprew li fuq Facebook hemm il-paġna Up in Arms, paġna li tieħu ħsiebha Patricia Graham. Grazzi għal din il-paġna din il-familja sabet appoġġ kbir u grazzi għal Up in Arms li tkellmet mal-ARMS biex il-familja reġgħet ngħatat il-provvista tal-elettriku. Iżda setgħet tixgħel biss l-affarijiet li jikkunsmaw l-inqas elettriku.
Iżda dan wassal biex il-familja qed tiffaċċja kważi erbat’elef ewro f’arretrati, mifruxa fuq seba’ snin, li trid tħallas lill-ARMS.
Iżda l-istorja ma tiqafx hemm hekk kif aktar kmieni matul dan ix-xahar lill-familja qatgħawlha l-provvista tal-elettriku u tal-ilma wkoll.
Il-familja Keague qed issostni li l-fatt li qatgħawlhom l-elettriku f’St Patricks Day, f’ġurnata viċin festa meta ma setgħux jikkuntattjaw lill-ARMS, bħala attakk personali fuqhom.
Din il-familja spiċċat biex fetħet proċeduri legali kontra ARMS Limited li qed iġġgħielhom iħallsu aktar minn tmint’elef ewro meta suppost għandhom iħallsu ftit aktar minn ħamest’elef u sitt mitt ewro.
//= $special ?>