Lokali

Għandek xi karozza li tixtieq teħles minnha? F’Malta llum issib alternattiva għat-towing trucks

Is-sigħat ta’ filgħodu huma minnhom infushom l-agħar ħinijiet għat-traffiku, bis-sewwieqa jintalbu jagħmlu xi ftit attenzjoni aktar minn ħinijiet oħra. F’ħinijiet bħal dawk, żgur li l-anqas ħaġa bżonnjuża għas-sigurtà tat-toroq hu trakk tal-ġebel iġorr karozza mkissra u marbuta biss b’ħabel żgħir.

Qarrej ta’ MaltaRightNow.com dalgħodu bagħat dan ir-ritratt meħud fit-8am fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard. Permezz ta’ dan ir-ritratt, il-viżitatur xtaq jappella lill-awtoritajiet biex jevitaw dawn it-tip ta’ ċirkostanzi għas-sigurtà ta’ min ikun fit-toroq Maltin f’dawk il-ħinijiet. Appella wkoll biex is-sewwieqa, li jabbużaw u anke l-oħrajn, joqgħodu attenti għas-sigurtà tagħhom u ta’ dawk madwarhom.