Il-gvern Franċiż ħabbar numru ta’ miżuri ġodda sabiex inaqqas it-tipjip fil-pajjiż. Dawn il-miżuri jaslu fl-isfond ta’ statistika li turi rata għola ta’ tipjip fost l-addoloxxenti fi Franza.
Fost il-miżuri hemm li jkun projbit it-tipjip f’żoni fejn jilgħabu t-tfal, projbit it-tipjip f’karozzi fejn hemm tfal ta’ taħt it-tnax il-sena u anke li l-pakketti tas-sigaretti jkunu ta’ kulur wieħed. Il-Ministru tas-saħħa fi Franza Marison Touraine qal li dawn il-miżuri huma mudelatti fuq dawk meħuda fl-Awstralja fejn ġie reġistrat suċċess.
Anke s-sigaretti elettroniċi huma fil-mira b’limiti stretti fuq ir-riklamar u projbizzjoni totali minn Mejju 2016.
//= $special ?>