Lokali

Il-Kap tal-PN fl-Istati Uniti għal serje ta’ laqgħat strateġiċi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu se jkun qed jibda ġimgħa ta’ laqgħat strateġiċi fl-Istati Uniti. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista spjega li Simon Busuttil se jkun qed jattendi programm intensiv organizzat bl-għajnuna tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta.

Matul dawn il-jiem, il-Kap tal-PN se jkun qed jiltaqa’ ma’ diversi rappreżentanti tal-Gvern Amerikan, għaqdiet governattivi u tan-NATO, fost oħrajn. Fost it-temi diskussi waqt dawn il-laqgħat, li se jsiru f’Washington u New York, hemm is-sitwazzjoni fil-Libja, il-problema tal-immigrazzjoni illegali u l-politika tal-Istati Uniti f’dan ir-rigward, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti, Malta u l-Unjoni Ewropea.