Filwaqt li f’Malta l-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza kien ċelebrat b’diversi attivitajiet fosthom wirja spettakolari fil-Port il-Kbir u diskorsi mill-mexxejja politiċi tal-pajjiż, f’Għawdex ma kienu organizzati l-ebda attivitajiet li jfakkru dan l-avveniment uniku.
Sorrsi nformati qalu li dan in-nuqas ta’ attivitajiet u ċelebrazzjonijiet kien jistona mal-fatt li fil-passat l-Indipendenza u festi nazzjonali oħra dejjem kienu jkunu mfakkra b’numru ta’ attivitajiet u ċelebrazzjonijiet li kienu jiċċentraw fit-toroq ewlenin tal-Belt Victoria.
Mhux biss ma kienu organizzati l-ebda attivitajiet uffiċjali f’Għawdex iżda lanqas biss tellgħu arbli bil-bnadar u dwal fi Triq ir-Repubblika u Pjazza Indipendenza. Normlament dan it-tip ta’ tiżjin hu dak bażiku u l-inqas fost dak mistenni.
Dwar dan in-nquqas Maltarightnow.com bagħat numru ta’ mistqosijiet lill-Ministeru għal Għawdex li min-naħa tiegħu ma weġibx lura.
Maltarightnow.com staqsa kif ġie iċċelebrat l-50 anniversarju tal-Indipendenza f’Għawdex u għaliex il-Ministeru ma żejjinx Pjazza Indipdenza, Triq ir-Republika u Pjazza San Franġisk kif kien iseħħ kull sena f’din l-okkażjoni f’dan l-anniversarju.
Maltarightnow.com staqsa wkoll kemm kienet in-nefqa fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza f’Għawdex din is-sena
Għawdxin li tkellmu ma’ Maltarightnow.com qalu li dan in-nuqqas ta’ attivvitajiet u ċelebrazzjonijiet jistonaw mal-pożizzjoni tal-Gvern li pubblikament jiddikjara li jrid jiċċelebra l-festi nazzjonali b’mod li jgħaqqdu lill-poplu Malti.
//= $special ?>