Ftit siegħat wara li l-Partit Nazzjonalista żvela’ kif ir-rizenja tal-Kummissarju tal-Artijiet Joe Bugeja kienet waħda sfurzata minħabba l-indħil politiku, il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili waqqfet lill-Gvern milli jkeċċi impjegata mis-servizz pubbliku.
Dr. Antoinette Cutajar, preżentament impjegata mal-Ministeru tal-Affarjiet Barranin, għamlet talba quddiem il-qorti sabiex jinħareġ mandat t’inibizzjoni kontra diversi esponenti tal-Gvern, fosthom il-Prim Ministru. Dan wara li l-Gvern ried ikeċċi jew jittermina l-impjieg tal-istess Cutajar mis-Servizz Pubbliku u jibgħata taħdem minflok mal-IPSL, il-kumpanija mwaqqfa għall-ex ħaddiema tal-dockyard.
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li b’hekk, il-Qorti sabet lill-Gvern ħati ta’ inġustizzja fil-konfront ta’ ħaddiem taċ-ċivil li kien qed jaqdi b’mod tajjeb id-dmirijiet tiegħu. Dan huwa każ ieħor fejn il-Gvern prova jimmina l-indipendenza tal-istituzzjonijiet tiegħu, din id-darba billi immeritatament iwaqqaf impjieg ta’ uffiċċjal pubbliku minhajr ebda raġuni valida sostna l-Partit Nazzjonalista.
Issa li l-Qorti b’mod ċar u dirett sabet lill-Gvern ħati, il-Partit Nazzjonalista appella u saħaq li tinġarr ir-responsabbilita politika dwar dan il-każ xokkanti, fosthom il-Prim Ministru, kif ukoll il-Kap tas-Servizz Pubbliku Mario Cutajar, li wkoll intgħazel billi twarrbet persuna oħra kompetenti temmet l-istqarrija.
//= $special ?>