Il-Pulizija ġibdet l-attenzjoni tal-pubbliku dwar persuni li qed jingannaw lin-nies b’dak li jissejjaħ Black/White Money Scam f’Malta. Dan l-iscam jibda b’offerta ta’ bejgħ ta’ flus kontanti li nħarġu minn pajjiż b’mod klandestin. Biex sar hekk, il-karti kellhom jinħbew b’linka sewda jew bleach. Madankollu, dawn allegatament jistgħu jitnaddfu b’kimika apposta.
Fil-maġġoranza tal-każijiet, hawn issir demostrazzjoni, iżda dan m’hu xejn ħlief ingann. Fil-fatt, meta l-vittma tkun xtrat dawn il-karti, ebda kimika mhi ħa tbiddilhom fi flus. Dawn qatt ma kienu flus, iżda sempliċiment karti suwed jew bojod.
Sadanittant, sakemm il-vittma tkun intebħet b’dan u nfurmat lill-awtoritajiet, is-suspettati jkunu telqu mill-pajjiż. Għalhekk, il-pubbliku hu mħeġġeġ jirrifjuta kull offerta ta’ din ix-xorti u jikkuntatja immedjatament lill-Pulizija.
//= $special ?>