Internazzjonali

In-NU japprova riżoluzzjoni dwar l-IS

Hekk kif il-mexxejja kollha tad-dinja jinsabu miġbura fi New York għall-ftuħ tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-Kunsill tas-Sigurtà approva unanimament riżoluzzjoni b’rabta mal-militanti Iżlamiċi. Ir-riżoluzzjoni torbot lill-pajjiżi kollha biex jadottaw Liġijiet fejn ikun reat serju li wieħed jissieħeb fi gruppi bħall Istat Iżlamiku (IS) u gruppi oħrajn simli.

L-aħħar żviluppi waslu, hekk hekk kif komplew l-attakki mill-koalizzjoni internazjonali kontra l-militanti tal-IS fl-Iraq u s-Sirja. Fil-mira ta’ dawn l-attakki, li l-parti kbira tagħhom saru minn ajruplani minn pajjiżi Għarab, kien hemm ir-raffeneriji taż-żejt fis-Sirja, li jinsabu f’idejn il-militanti. Madwar 40 pajjiż qed jieħdu sehem f’dawn l-attakki.