Matul il-lejl li għadda, karozza tat-tip Toyota Spacio ħadet in-nar, li eventwalment qeridha kompletament. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1am fil-Ħamrun. Fil-post issejħu wkoll membri mid-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar, li kkontrollaw in-nirien u ma ħallewhomx ikomplu jinfirxu.
Mara fissret li rat raġel jipprova jikkontrolla n-nirien permezz ta’ pajerin, iżda kien kien kollu ta’ xejn għax in-nirien kienu qawwija wisq u komplew jinfirxu mal-karozza kollha. Raġel residenti fl-inħawi lmenta li l-fire engine damet ma waslet fil-post, tant li n-nirien laħqu nfirxu mal-karozza kollha u qerduha.
Sadanittant, bil-każ kienu nfurmati wkoll il-Pulizija tad-Distrett, li marru fil-post flimkien ma’ dawk tar-Rapid Intervention Unit, li għalqu t-triq għat-traffiku.
//= $special ?>