Internazzjonali

Pjan għal attakki fl-Istati Uniti u Pariġi

Il-Prim Ministru tal-Iraq Haider al-Abadi żvela li s-servizzi sigrieti tal-Iraq kellhom informazzjoni li ġellieda tal-grupp IS kellhom pjan sabiex jattakkaw fl-Istati Uniti u f’Pariġi. Skond al-Abadi l-attakk għandu fil-mira tiegħu s-sistema tat-trasport taħt l-art.

Sorsi f’Washington D.C. saħqu li dawn ir-rapporti ser jingħataw l-attenzjoni meħtieġa għalkemm qalu li ma’ kien hemm ebda informazzjoni dwar attakk bħal dan.

F’xhur riċenti l-IS kienet responsabbli għal bosta attroċitajiet fosthom il-qtugħ ir-ras ta’ żewġ ostaġġi Amerikani u ostaġġ Ingliż.