Jumejn biss wara li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) appellat għal aktar professjonaliżmu waqt xogħolijiet li jinkludu kostruzzjoni jew għoli, ritratt li wasal għand MaltaRightNow.com juri kif raġel qed jixxabbat mas-swar qrib il-Bank Ċentrali biex jimmarka siġra li telgħet fil-fili tas-swar.
Fir-ritratt jidher ċar li r-raġel ma kien liebes l-ebda lbies jew materjal protettiv, minkejja li ċ-ċinta fejn qiegħed siequ hi dejqa ħafna. Mhux magħruf jekk ir-raġel hux impjegat tal-Gvern, iżda hu mifhum li kien qed jimmarka s-siġra bħala sinjal li dik is-siġra għandha titneħħa minn hemm.
//= $special ?>