Rapporti fil-media qed jgħidu li hu stmat li madwar 3,000 persuna Ewropea ngħaqdu mal-militanti tal-Istat Iżlamiku (IS) fis-Sirja u fl-Iraq.
Dan qalu l-Kap tal-Organizzazzjoni tal-Unjoni Ewropea Kontra t-Terroriżmu Gilles de Kerchove, li spjega li l-attakki bl-ajru fuq l-IS jistgħu jwasslu għall-kontro-attakki fuq l-Ewropa.
Fl-aħħar ġimgħat, l-Istati Uniti wettqet madwar 200 attakk bl-ajru fuq l-Iraq u din il-ġimgħa bdiet tattakka lill-militanti tal-IS fis-Sirja.
//= $special ?>