L-Orkestra Nazzjonali, kantanti stabbiliti, oħrajn ġodda fix-xena mużikali, id-dawl, il-viżwali u fuq kollox il- mużika. Dan kollu fil-jumejn li ġejjin, jiġifieri s-Sibt 27 u l-Ħadd 28 ta’ Settembru, f’Rockestra.
Kunċert b’uħud mill-aqwa talenti ta’ pajjiżna u li l-fondi kollha miġbura se jmorru għall-Community Chest Fund.
Fl-aħħar jiem żorna ċ-ċentru għall-fieri u l-konvenzjonijiet, l-MFCC, fejn se titella’ Rockestra, u tkellimna ma’ Pawlu Borg Bonaci, kantant u d-direttur artistiku ta’ Rockestra.
Staqsejnih f’hix jikkonsistu l-aħħar preparamenti
Din is-sena l-organizzaturi ffukaw fuq it-talent ta’ uċuħ ġodda fix-xena tal-mużika. Infatti għamlu awdizzjonijiet li għalihom kellhom rispons b’saħħtu.
L-iskop ta’ Rockestra mhux ta’ promozzjoni għall-kantanti u l-mużiċisti iżda biex jinġabru l-fondi għal Malta Community Chest Fund u għalhekk ma tindaqx mużika oriġinali tal-kantanti imma cover versions.
Rockestra żgur li mhux se tħalli lill-pubbliku li jattendi mingħajr sorprizi.
Din se tkun is-sitt sena li qed tiġi organizzata Rockestra.
//= $special ?>