ST. GEORGE’S …………………… 3
BIRŻEBBUGA SP ……………….. 1
St.George’s – T. Galea, D. Zerafa, B. Muscat, M. Tanti, E. Sevasta, L. Mallia (A. Bonello), H. Alves Viana (F. Ita), D. Camilleri, G. Ocehukwu (T. Caruana), E. Amaira, R. Tanti.
Birżebbuġa SP – A. Boatto, L. Camilleri, J. Briffa (G. Magri), K. Muscat, G. Camilleri (A. Cutajar), N. Clerico, L. Micallef, E. Bonati (R. Micallef), G. Caruana, J. Ani, S. Eboh.
Referee – Clayton Pisani
St. George’s kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta wettqu rimonta kontra Birżebbuġa biex kisbu rebħa meritata. Għal Birżebbuġa din kienet it-tielet telfa konsekuttiva, li waslet wara bidu tajjeb tat-tim immexxi minn Tarcisio Azzopardi.
Fil-fatt wara li Birżebbuġa fetħu l-iskor kmieni fil-logħba u wara li ddominaw l-ewwel nofs siegħa, kellhom ibaxxu rashom għar-ritorn tal-Bormliżi li reġa’ kellhom wirja ferm konvinċenti.
Birżebbuġa fetħu l-iskor wara sitt minuti b’azzjoni mill-isbaħ mibdija minn Camilleri li b’pass preċiż ġab lil BONATI waħdu li bil-kalma kollha għeleb lil Galea. Fid-19-il minuta Birżebbuġa viċin it-tieni gowl b’xutt bomba ta’ Ani li kien salvat minn Galea li dawwar għal korner b’diffikultà.
Fil-35 minuta l-ewwel azzjoni perikoluża tal-Bormliżi b’daqqa ta’ ras ta’ Okechukwu tmur ftit barra. Minuta mill-intervall St. George’s kisbu l-gowl tad-draw meta xutt ta’ wieħed mill-iktar plejers attivi għalihom, ALVES VIANA, li deher jaħbat ma’ Julian Briffa bil-ballun iqarraq għal kollox bil-gowlkiper Boatto.
Tmien minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima St. George’s dawru l-iskor favur tagħhom meta minn korner ta’ David Camilleri kien LARSON MALLIA li bir-ras antiċipa lil kulħadd u xeħet fix-xibka.
Issa l-Bormliżi bdew jilagħbu aħjar u fis-67 minuta għalqu l-logħba meta Mark Tanti qassam lejn Okechukwu li spara xutt mill-isbaħ li ħabat ma’ sieq il-lasta u wara ħabat ma’ dahar Boatto u spiċċ fix-xibka.
Fit-72 minuta St. George’s viċin ir-raba’ gowl meta freekick mill-isbaħ ta’ David Camilleri minn pożizzjoni angolata ħabat mal-lasta bil-gowlkiper Boatto kompletament megħlub.
//= $special ?>

