It-tim nazzjonali Malti tal-Futsal se jkun qed jiltaqa’ kontra l-Latvja, l-Ingilterra u Andorra fil-mini-turnament preliminari ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropew tal-UEFA tal-Futsal 2016. Dan it-turnament se jsir f’Malta f’Jannar. L-avversarji saru magħrufa meta lbieraħ ittellgħu l-poloz inkluż dawk tar-Round prinċipali ta’ kwalifikazzjoni fejn il-holders l-Italja se jkunu qed jiffaċċjaw lill-Belarus u l-Polonja.
Minn numru rekord ta’ 46 tim parteċipant, fosthom l-organizzaturi tal-finali s-Serbja, 24 tim, fosthom Malta se jkunu qed jibdew l-imnpenji fir-round preliminari f’Jannar, inkluż id-debuttanti l-Iskozja li telgħu kontra l-Iżrael, l-Armenja u l-Iżvezja bir-rebbieħa tas-sitt gruppi preliminari u r-runners up, jgħaddu għall-main draw.
F’dan l-istadju se jkun hemm seba’ gruppi bl-Italja tilgħab kontra r-rebbieħa tar-round preliminari minn Grupp B kif ukoll kontra l-Belarus u l-Polonja.
Spanja li fi Frar fallew milli jirbħu t-titlu mondjali għall-ħames darba konsekuttiva meta spiċċaw fit-tielet post, jilagħbu kontra l-Ungerija, r-Repubblika tal-Maċedonja u l-aħjar runners-up fir-round preliminari.
F’kummenti li ta lil dan il-ġurnal il-kowċ nazzjonali l-ġdid tal-Futsal Mark Marlow qal li l-gruppi preliminari kolha jidrhu bilanċjati. “Andorra jidher li hu l-aktar tim li miegħu jistgġu nistennew riżultat għaliex hu pajjiż żgħir bġalna anke jekk dawn huma plejers Spanjoli. L-Ingilterra għamlu progress kbir fl-aħħar snin fil-Futsal waq tli l-Latvja nqishom l-aħjar tim u fi klassi superjuri. L-objettiv tagħna se jkun li niksbu mqar rebħa f’pajjiżna u nevitaw l-aħħar post.”
Marlow qal li għalissa kulma jista’ jagġmel hu li jara filamt tal-avversarji u jsegwi l-plejers fil-kampjonat lokali għaliex nake fil-Futsal, il-plejers imorru man-nazzonal 10 t’ijiem biss qabel l-impenji kif qed isir bit-timijiet tal-futbol.
Huwa qal li qed issir ħidma biex lejn l-aħħar ta’ Novembru u l-bidu ta’ Diċembru t-tim Malti jorganizza mini turnament ta’ ħbiberija b’avversarji tal-istess livell li għanda fil-grupp preliminari.
Dawn il-preliminari se jintlagħbu bejn it-13 u t-18 ta’ Jannar u l-poloz kollha rriżultaw hekk.
Grupp A – Greċja, Bulgarija,* Danimarka, Ġibiltà
Grupp B – Fillandja, Montenegro*, Ċipru, Wales
Grupp Ċ – Georgia, Lithuania*, Svizzera, Estonja
Grupp D – Franza, Moldova*, Albanija, San Marino
Grupp E – Latvja, Ingilterra, Andorra, Malta*
Grupp F – Iżrael, Armenja, Żvezja*, Skozja
Ir-rebbieħa tas-sitt gruppi u l-aħjar runner up jingħaqdu mal-21 tim li ngħataw bye fil-main round.
Il-partiti tal-main round se jintlagħbu bejn is-17 u 22 ta’ Marzu u l-gruppi rriżultaw hekk>
Grupp 1 – Russja, Olanda, Bożnja-Herzegovina*, Rebbieħ Grupp E
Grupp 2- Spanja, Ungerija, Maċedonja*, L-aħjar runner-up
Grupp 3 – Italja, Belarus, Polonja*, Rebbieħ Grupp B
Grupp 4 – Ukrajna, Azerbaijan* Belġju, Rebbieħ Grupp A
Grupp 5 – Rep. Ċeka, Slovenja*, Norveġja, Rebbieħ Grupp D
Grupp 6 – Kroazja*, Slovakkja, Turkija, Rebbieħ Grupp F
Grupp 7 – Portugall, Rumanija*, Kazakhstan, Rebbieħ Grupp C
*Fejn se jkun qed jintlagħab it-turnament
Ir-rebbieħa tas-seba’ gruppi jingħaqdu direttament mal-organizzaturi s-Serbja għat-turnament finali li jsir bejn it-2 u t-13 ta’ Frar tal-2016 waqt li s-7 runners up u l-aħjar tim fit-tielet post jilagħbu fi play-offs f’Settembru tal-2015 bir-rebbieħa fuq żewġ legs jiffurmaw it-12-il tim fil-finali.