Qorti

Għawdxija mhux ħatja li ppruvat tikkorrompi żewġ ħaddiema tas-servizzi soċjali

Mara Għawdxija ta’ 42 sena ma nstabitx ħatja mill-Maġistrat Neville Camilleri li ppruvat tikkorrompi żewġ ħaddiema tas-servizzi soċjali waqt kawża ta’ separazzjoni. Dan il-każ imur lura għall-aħħar tas-sena 2010, Novembru u Diċembru.

Maria Georgette Spiteri Gambin mill-Għasri ma nstabitx ħatja fil-Qorti ta’ Għawdex li f’okkażjonijiet differenti ppruvat tikkorrompi lis-social worker, Stephanie Muscat, xi ħaġa li qablet magħha l-istess Muscat.
Is-social workers kienu ġew appuntati mill-Qorti biex jiżguraw li r-raġel ta’ Spiteri Gambin, Michael Gambin ikollu aċċess għat-tliet uliedhom.  Social worker ieħor, Peter Paul Portelli, qal li ħu Spiteri Gambin,  Eledon Spiteri, Surġent tal-Pulizija, kien ċempillu biex jiltaqa’ miegħu u għaddielu envelope li qal li kien mingħand oħtu u li dan kien fih numru ta’ karti tal-€50.
Minn naħa tagħha Spiteri Gambin qalet li l-flus kienu għal photocopies Portelli kien għamel waqt diversi laqgħat. Il-Qorti qalet li l-Prosekuzzjoni ma rnexxielhiex tipprova l-każ tagħha. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Tabone.