Internazzjonali

Identifikat “Jihadi John”

Fis-sigħat li għaddew, l-FBI ħabbret li ġie identifikat ir-raġel li fil-ġimgħat li għaddew deher f’filmati jħanxar ras l-Amerikani James Foley u Steven Sotloff, kif ukoll il-Britanniku David Haines. Kien id-Direttur tal-FBI James Comey li ħabbar dan dwar ir-raġel li s’issa għadu magħruf biss bħala “Jihadi John”.

“Jihadi John” kien ‘il-protagonista’ flimkien mat-tliet vittmi fil-filmati maħruġa mill-Istat Iżlamiku (IS) b’messaġġi lill-Istati Uniti u l-alleati tagħhom fil-ġlieda kontra l-IS. Fil-filmati, “Jihadi John” jindirizza lil dawn il-pajjiżi bl-Ingliż qabel ma jidher iħanxar ras il-vittmi.

Waqt li kien qed iħabbar li “Jihad John” ġie identifikat, James Comey qal li għalissa l-FBI mhux se tagħti aktar informazzjoni dwar l-identità tiegħu jew fejn qed jgħix.