Lokali

L-FKNK se tkompli b’azzjonijiet legali biex jieqfu l-kastigi kollettivi.

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK, se tkompli b’azzjonijiet legali , kif meħtieġ biex jieqfu l-kastigi kollettivi.

L-FKNK qalet dan fi stqarrija maħruġa llum b’referenza għal dak li ddeċieda l-Gvern fl-aħħar jiem. Jiġifieri li jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa sal-10 ta’ Ottubru, wara l-każ tal-guvni li spara u qatel ċikonja li hi tajr protett.

L-FKNK saħqet li l-kastig kollettiv huwa nġust u qatt ma jista’ jiġi aċċettat f’soċjeta’ ċivilizzata u għalhekk ma tistax taqbel mad-deċizjoni tal-Gvern li jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa. Zball wkoll, tkompli tghid l-FKNK li l-entitajiet kollha, inkluż l-oppozizzjoni, qablu mal-Gvern.

Għal din id-deċizjoni meqjusa mill-Federazzjoni bħala żball u li ttieħdet bl-għaġġla, l-FKNK, ppreżentat protest ġudizzjarju fil-Qorti.

Il-Federazzjoni qed tappella għal kalma u ghall-koperazzjoni minn naħa tal-membri tagħha filwaqt li tappella lill-Awtoritajiet biex jagħmlu distinzjoni u separazzjoni bejn qtil illegali u l-kaċċa.