Internazzjonali

L-Istati Uniti: L-Internet taħt attakk

Kien hemm sensiela ta’ attakki minn hackers fuq siti fuq l-Internet wara li nstab li miljuni ta’ servers qed jużaw sistema li fiha difett, magħruf bħala Shellshock, li jħalli lil dak li jkun jikkontrolla is-sistema tal-komputers jekk ikun jaf bid-diffett.

Id-difett jinsab f’programm magħruf bħala Bash li jintuża ħafna mis-sistema ta’ Unix fosthom il-Linux u l-OSX tal-Apple.

Espeti qalu li hekk kif din il-ġimgħa nkixef li kien hemm dan id-difett kien hemm mewġa ta’ attivita mill-hackers biex japrofittaw mis-sitwazzjoni. Esperti fil-qasam tas-siġurta tal-Internet, qalu li fil-ġranet li ġejjini huma qed jistennew li l-attakki jiżdiedu.

Diversi Gvernijiet ħarġu twissijiet lid-dipartimenti tagħhom biex minnu fiħ jieħdu passi biex jeliminaw dan id-difett.

S’issa hemm ukoll nuqqas ta’ qbil min hu vunerabbli għal dan l-attakk peress li l-informazzjoni hi ġdida.