Internazzjonali

Mara tindifen ħajja fil-Greċja

Il-Pulizija f’Thessaloniki fetħet investigazzjoni dwar każ mhux tas-soltu. Każ fejn qed ikun allegat li mara mietet wara li ndifnet ħajja.

Il-każ jikkonċerna mara li kienet mietet bil-kanċer u ndifnet f’ċimiterju f’Peraia 22 kilometru minn Thessaloniki.

Grupp tfal qed isostnu li semgħu għajjat u tisbit ġej mill-qabar tagħha. Qabar fejn kienet indifnet siegħa qabel. Hekk kif fil-post marru l-pulizija u fetħu t-tebut, huma ma sabu lil ħadd ħaj. Issa rapporti fil-media Griega qed isostnu li hi mietet fgata imma tobba qed isostnu li dan ma kienx possibbli minħabba l-mod kif instab il-katavru.

Issa hemm stennija għall-awtopsja u l-qraba qed jikkunsidraw li jiftħu kawża kontra dawk li ddikjaraw li kienet mejta.