Żewġ irġiel mill-Kamerun ingħataw sentenza ta’ sentejn priġunerija kull wieħed wara li ammettew li akkwistaw flus b’mod qarrieq permezz ta’ dik imsejħa il-“Black Money Scam“.
Thiam Serge Ronny, ta’ 27 sena, u Elvis Achu Minang, ta’ 32 sena, ammettew ukoll li għamlu użu minn Passaporti foloz u dokumenti oħrajn. Huma nqabdu fil-fatt iħalltu kimika biex tagħmel il-flus foloz.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Rennie Stivla.
//= $special ?>

