Lokali

Borża demm fl-okkażjoni tal-50 sena indipendenza

L-attivita’ “50 sena indipendenza, 50 borża demm” hija inizzjattiva tal-preżentatur ta’ Radio101 George Galea li wasslet biex jinġabru għexieren ta’ boroż ta’ demm b’risq dawk li jiġu bżonnu.

L-attivita’ bdiet il-Ġimgħa wara nofsinhar, bis-semmiegħa ta’ Radio101 ikunu mistiedna jżuru s-swali tal-istazzjon tar-radju biex jagħtu d-donazzjoni taghhom.

Illum hija l-aħħar ġurnata li fiha n-nies jistgħu jagħtu d-donazzjoni tagħhom fis-swali tal-istazzjoni.