Lokali

Esebizzjoni unika fiċ-Ċentru tal-AZAD fil-Belt.

Esebizzjoni li fiha hemm esebiti oġġetti uniċi tal-arti li saru fl-aħħar sebgħin sena.

Minkejja li l-AZAD hi fondazzjoni ta’ formazzjoni u ħsieb politiku, fl-okkażjoni tad-diversi anniversarji li Malta qed tfakkar din is-sena oriġina l-ħsieb li ssir esebizzjoni ta’ oġġetti artistiċi uniċi.

Kien propju ghalhekk li l-esebizzjoni, li se tibqa miftuha sal-ahhar ta’ Ottubru u qed issir fil-bini tal-AZAD fil-Belt, inghatat l-isem ta’ ‘Identita’.

Esebizzjoni ta’ arti fl-AZAD hi xhieda ohra tal-opportunitajiet għall-kultura u l-arti li qed jingħataw minn strutturi politiċi, f’dan il-każ l-AZAD, struttura tal-Partit Nazzjonalista.