Lokali

Filmat: L-aħħar tislima lill-ħabib tagħna David Chircop

Familjari, ġurnalisti, politiċi u ħbieb imlew kull rokna tal-knisja tal-Mosta biex isellmu lil David Chircop, cameraman ta’ NET TV, li miet fl-aħħar ġranet wara ġlieda ta’ snin kontra l-kanċer.

Waqt l-omelija Fr.Charles Tabone qal li flimkien ma’ dawn il-kwalitajiet David Chricop kien qalbu tajba u jgħin. Il-konvinzjoni tiegħu deheret tul ħajtu iżda spikkat l-aktar propju fil-mumenti diffiċli tal-marda, sostna Fr.Charles Tabone li spjega kif anki meta kien ikun muġugh David kien jagħmel minn kollox biex jilqa lin-nies u jitkellem magħhom.

Il-familja li bnew David u Beverly kienet waħda li għandha tispira lill-oħrajn. Tkissrux il-familji iżda għamlu s-sagrifiċċji biex il-familji Maltin jirnexxu, appella Fr.Charles Tabone, li semma kif David kien jemmen bis-sħiħ fil-valuri Nsara u għalih dawn kienu prijorita.

F’messaġġ li bagħat mill-Istati Unitti tal-Amerika lill-impjegati tal-Partit Nazzjonalista u ta’ medialink, il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li għalkemm jinsab imsiefer ma jistax ma jaħsibx fihom hekk kif sema’ bl-aħbar tat-telfa ta’ David.

Fi tmiem il-quddiesa presnte cadavere il-kongregazzjoni komposta mill-ħbieb ta’ David Chircop sellmek lil din il-kollega b’ċapċipa li warajha kien hemm sens ta’ gratitudni lejn bniedem onest li ħalla warjah pożittivita u eżempju li jkaxkar.