Lokali

Ġabra tal-kisbiet li saru f’Malta permezz ta’ Gvernijiet tal-PN

Fil-50 Jum qabel l-Indipendenza ta’ Malta Radio 101 u Net Television xandru r-rubrika, 50 sena nazzjon, 50 kisba għalik: ġabra tal-kisbiet li saru f’Malta permezz ta’ Gvernijiet tal-Partit Nazzjonalista.

Issa, dawn il-50 kisba huma miġbura f’wirja fil-Foyer tad-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista b’ritratti li jfakkru dawn il-kisbiet.

Ħafna mir-ritratti huma mogħtija minn Miranda Publishers li jippubblikaw is-sensiela ta’ kotba 360 Degrees.