Internazzjonali

Ħtieġa li jikkonfrontaw it-terroristi qabel irabbu l-għeruq fl-artijiet li qed jikkontrollaw

L-iżvilupp mgħaġġel tal-grupp terroristiku Stat Iżlamiku (IS) ħasad lid-dinja kollha, bil-militanti – ta’ maġġoranza Sunnita — tal-entita qattiela jaħtfu bnadi sħaħ tal-Iraq u s-Sirja qabel il-Punent intebaħ bit-theddida enormi li feġġet għall-komunitajiet ċivilizzati.

It-theddida anki ħolqot mhux ftit tal-allarm fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani bl-iStati alleati u rivali jikkunsidraw l-aktar mezzi effettivi biex jikkumbattu lill-IS ‘qabel ikun tard wisq’.