Skont studju li sar fil-Ġermanja, il-curry aktarx igħin il-moħħ tal-bniedem biex idewwi lilu nnifsu.
Ix-xjentist li ħadmu fuq dan l-istudju qalu li dan joffri potenzjal imma s’issa l-istudji saru fuq ġrieden fil-laboratorju biss u wieħed irid jagħmel aktar riċerka biex jara li dan għandu l-istess effett fuq moħħ il-bniedem.
Tul is-snin kien hemm esperimenti oħra li kienu wrew li kimika oħra li hemm fit-tumeric kien ta’ benefiċju għall-bniedem u fost l-affarijiet seta’ jgħin kontra l-kanċer.
//= $special ?>