It-tieni konferenza bit-tema ‘It-turiżmu hu Int’, organizzata mill-Partit Nazzjonalista serviet biex fiha rappreżentanti mis-settur turistiku lokali jaqsmu l-ideat u l-proposti tagħhom bejniethom.
Dan fil-proċess tal-PN biex jaġġorna u fejn meħtieg jibdel il-policies tiegħu fis-settur.
Fost il-parteċipanti fil-konferenza kien hemm is-settur tal-lukandiera, akkademiċi, ħaddiema, żviluppaturi, operaturi fis-settur tal-agri-turiżmu u fil-branding.
Peremzz ta’ din il-konferenza l-Partit Nazzjonalista qed iwettaq proċess ta’ aġġornamnet politiku, kif imfisser mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-turiżmu Robert Arrigo.
F’din il-konferenza kien hemm ħafna ideat ġodda li flimkien mal-politika li twettqet fil-passat u dik preżenti għandhom ikomplu jagħmlu dan is-settur wieħed vitali għall-ekonomija Maltija.
//= $special ?>