Isostni li dejjem kien jemmen fil-valuri demokratiċi bħal tal-UE
Il-Kummissarju Ewropej nominat minn Malta Karmenu Vella jagħmel tentattiv qawwi biex quddiem l-Ewropej jipprova jipproġetta lilu nnfisu bħala Ewropeist u aktar minn hekk jiddikjara li hu ivvota favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Dan it-tentattiv ta’ Karmenu Vella jirriżulta meta wieġeb mistoqsijiet bi preparazzjoni għas-smigħ li hu se jkollu nhar it-Tnejn.
Din id-dikjarazzjonji kontroversjali Karmenu Vella għamilha ġranet qabel iseħħ is-smigħ tiegħu biex ikun approvat bħala Kummissarju Ewropej, li fost l-oħrajn se jkollu l-ambjnet taħt ir-responsabbilta tiegħu.
Il-kontroversja fid-dikjarazzjoni ta’ Karmenu Vella toħrog mill-fatt li għal snin twal il-PL, li fih karmenu vella ilu jimmilita sa mis-snin sebgħin, dejjem kien kontra s-sħubija ta’ Malta fl-UE tant li kien anki ħareg bil-proposta ta’ partnership mal-Unjoni Ewropea flok sħubija.
Fit-tweġibiet tieghu Karmenu Vella qal li hu Ewropeista konvint tant li ivvota favur is-sħubija ta’ Malta fl-UE. Fit-tentattiv Ewropista tiegħu Karmenu Vella jsostni li riċentament hu kien maħtur Ministru fil-Gvern Laburista li Karmenu Vella jiddiskrevieh bħala ‘Gvern favur l-Unjoni Ewropea’.
Bejn l-1996 u l-1998 Karmenu Vella kien Ministru Laburista li propju ffriża l-applikazzjoni ta’ Malta għal sħubija fl-UE u mhux magħruf li qatt għamel xi dikjarazzjonijiet favur l-Unjoni Ewropea jew li qatt tkellem kontra l-politika Laburista li dejjem opponiet is-sħubija ta’ Malta fl-UE.
Il-kontroversja fid-dikjarazzjoni ta’ Karmenu Vella ma tieqafx biss mal-kwistjoni tal-UE iżda jkomplu meta Karmenu Vella jiddeskrievi l-valuri tiegħu fil-politika fejn isostni li tul il-karriera politika tiegħu hu dejjem kien iggwidat mill-istess valuri li fuqhom hi mibnija l-Unjoni Ewropea; il-valuri tad-demokrazija, is-solidarjeta, l-ugwaljanza, id-dinjita umana u n-non-diskriminazzjoni u l-ekonomija socjali tas-suq.
Karmenu Vella beda jimmilita fil-Partit Laburista fis-snin sebgħin u tmenin u kien ministru fil-Gvern Laburista li gverna mingħajr l-appoġġ tal-maġġoranza bejn l-1981 u l-1987. Karmenu Vella kien ukoll ministru f’dak l-istessGvern fl-istess perjodu li fih fil-pajjiż twettqu attakki fuq id-demorkazija u fuq il-liberta’ u meta d-diskriminazzjoni politika kienet l-ordni tal-ġurnata.
Id-dikjarazzjoni tissorprendi wkoll għaliex sa sentejn ilu, l-istess Karmenu Vella kien ta x’jifhem li Gvern Laburista kien se jinnegozja l-ftehim mal-UE. F’artiklu fil-gurnal tal-GWU l-Orizzont fl-14 ta’ Awwissu 2012, Karmenu Vella kien stqarr li l-ftehim mal-UE jista’ jinbidel.
//= $special ?>