F’Venezja kollox jinsab lest għat-tieġ tal-attur Amerikan George Clooney, li għandu 53 sena, lill-avukata Ingliża ta’ nisel Lebaniż, Amal Alamuddin, ta’ 38 sena.
Sorsi qed isostnu li hemm mal-136 persuna mistiedna għat-tieġ. Fost il-mistiedna hemm l-attur Brad Pitt, Angelina Jolie, Sandra Bullock u Matt Damon li qed joqgħodu fil-Hotel Cipriano fuq il-gżira ta’ Giudecca u fejn il-bieraħ filgħaxija kienet mistennija l-koppja ta’ għarajjes biex tmur għal pranżu magħhom.
//= $special ?>

