Fil-jiem li għaddew, fl-inħawi tal-Magħluq f’Marsaskala infetħet Għassa ġdida tal-Pulizija; kontejner ikkonvertit li suppost għandu jservi ta’ għassa fil-lokalita’.
Diversi pulizija li tkellmu ma’ dan l-istazzjon staqsew kif se jirnexxielhom jaqdu dmirijiethom f’dik li m’hi xejn għajr gabbana fejn fost oħrajn se tkun esposta għall-elementi.
Mistoqsija oħra li tqum hi jekk din l-għassa għandhiex il-permessi meħtiega mill-MEPA.
F’kummenti ma’ dan l-istazzjon, il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Intern Jason Azzopardi tenna li din il-gabbana la tagħmel ġieh lil Pulizija u wisq inqas se tgħin biex tkun miġġielda l-kriminalita’.
Dan l-istazzjon hu nfurmat ukoll li container simili se jkun installat f’Paceville.