Fi Spanja kompliet tiħrax il-kontroversja dwar l-indipendenza għall-Katalani, bil-President tar-reġjun ta’ Katalonja, Artur Mas, jiffirma digriet li jsejjaħ għal referendum dwar l-indipendenza.
Artur Mas irid li Katalonja tgħaddi minn referendum fuq l-istess stil tal-Iskozja fid-9 ta’ Novembru li ġej. Madankollu, hu m’għandux l-appoġġ tal-Gvern ta’ Madrid, bil-Prim Ministru Spanjol, Mariano Rajoy, jinsisti li se jostakola kwalunkwe referendum ta’ dan it-tip.
Id-deputati ta’ Katalonja, fid-19 ta’ Settembru li għadda, ivvutaw favur l-awtorizzazzjoni tar-referendum li l-Katalani qed jirreferu għaliha bħala proċess ta’ konsultazzjoni.
//= $special ?>