Eluf ta’ nies attendew għall-ewwel jum tal-Airshow Internazzjonali ta’ Malta, wirja spettakolari ta’ ajruplani minn 10 pajjizi differenti, ir-Repubblika Ceka, l-Egittu, il-Germanja, l-Italja, il-Polonja, Spanja, Svizzera, l-Istati Uniti u ovvjament Malta.
L-Airshow imur lura sa mis-sena 1993 u kompla jikber sena wara ohra biex illum sar appuntament annwali kull Settembru.
U bla dubju avveniment bhal dan gibed lejh numru sabiħ ta’ ajruplani ta’ kull tip, fosthom fighters, ajruplani tat-trasport, ohrajn li jintużaw għat-tfittxija marittima, u helikopters fost oħrajn.
Il-Forzi Armati ta’ Malta saħansitra għamlu preżentazzjoni ta’ kif isir is-salvataġġ ta’ persuni permezz ta’ helikopters.
//= $special ?>