Lokali

Nassaba jbiegħu għasafar illegali fir-Rabat

Numru ta’ persuni kienu nterrogati mill-pulizija llum wara li llegalment inqabdu jbigħu vrieden madwar 50 metru ‘l bogħod mill-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat. Dawn kienu maqbuda mill-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS).

Fi stqarrija CABS saħqu li dalgħodu marru huma stess fil-post fejn sabu l-għasafar għall-bejgħ bil-prezz ta’ bejn €30 u €100 l-wieħed. “Rajna madwar 20 gaġġa bl-għasafar fihom fuq il-ħajt, b’ħafna nies madwarhom. Aħna staqsejna wieħed mill-irġiel u qalilna li hu qed ibiegħ dawn l-għasafar” qal il-voluntier tal-CABS Jonathan Blair. Hu kompla li: “Meta ndunajna li ħafna mill-għasar kienu bla ċrieki, aħna mill-ewwel infurmajna lill-pulizija”. Fil-post waslu numru ta’ pulizija flimkien ma uffiċjali tal-MEPA.

Skond il-liġijiet Maltin, hu llegali li tbigħ dawn l-għasafar mingħajr ċrieki.

Il-CABS ħabbret li hija se tella’ ritratt kif wkoll filmati li juru l-għasafar mingħajr iċ-ċrieki, kif wkoll b’wieħed min-nassaba jikkonferma li qegħdin għall-bejgħ.

Għadu kmieni wisq biex il-pulizija tkun tista’ tidentifika jekk l-għasafar iddaħlux Malta illegalment jew ġew maqbuda illegalment, saħaq l-uffiċjal tal-CABS Axel Hirschfeld.

Skond il-CABS huwa kkalkulat li l-attivita’ llegali tal-bejgħ tal-vrieden slavaġġ f’Malta tiġġenera eluf ta euros. Bejn Marzu u April CABS rraprutat aktar minn 20 nassab li bigħu llegalment dawn l-għasafar.

sponsun