Sport

Pole għal Marquez

Is-sewwieq tal-Honda Marc Marquez se jibda mill-ewwel post waqt il-Grand Prix ta’ llum li se jsir f’Aragon fi Spanja. Ftit qabel ma intemmet is-sessjoni, Dani Pedrosa kien fl-ewwel post b’ħin ta’ 1’47.549’ imma fl-aħħar dawra Marquez kien 0.617’ aktar veloċi. Marquez, li se jibda quddiem Pedrosa u Andrea Iannone se jkun qed jipprova jirritorna għar-rebħ quddiem il-pubbliku tiegħu stess biex jagħmel pass ieħor lejn ir-rebħ tat-titlu.

Bħalissa Marquez għandu vantaġġ ta’ 74 punt fuq Pedrosa u se jkun qed ifittex it-12-il rebħa dan l-istaġun minn 14-il Grand Prix. It-tellieqa ta’ llum se tkun it-800 waħda fl-istorja tal-MotoGP. Illum se jagħmel ir-ritorn tiegħu l-eks champion mondjali Nicky Hayden. Hayden ma ħax sehem fl-aħħar erba’ Grand Prix minħabba li kien qed jirkupra minn operazzjoni fil-polz li saritlu f’Lulju li għadda.