Qorti fl-Eġittu posponiet il-verdett fil-proċess tal-eks President Eġizzjan, Hosni Mubarak, li hu akkużat dwar korruzzjoni kif ukoll dwar il-qtil ta’ dimostranti waqt ir-rewwixta storika li qamet kontra t-tmexxija tiegħu fil-bidu tal-2011.
Il-verdett, issa, hu pprogrammat għad-29 ta’ Novembru, b’Hosni Mubarak – li mexxa pajjiżu għal kważi tletin sena – jattendi l-aħħar żviluppi tal-qorti, l-istess bħal uliedu, Alaa u Gamal, u l-eks-Ministru għall-Intern, Habib al-Adly.
//= $special ?>