Forsi mhux dejjem napprezzaw is-sinċerita’ u l-lejalta’ tal-annimali tagħna. Iżda f’Ħal Għaxaq b’inizjativa ta’ Kummissjoni maħluqa apposta, l-annimali qed jitpoġġew fiċ-ċentru ta’ proġett f’żona li qabel kienet abbandunata.
Il-Kummissjoni Monument Annimali twaqqfet apposta biex tikkonverti żona fil-periferija ta’ Ħal Għaxaq, biswit triq arterjali, f’monument li jagħti gieh lil annimali domestici.
L-għan aħari hu li nippromwovu kultura favur l-annimali, fi proġett li jħares l-ambjent u saħansitra jinvolvi tfal mill-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq iħawwlu pjanti u siġar fiż-żona qrib fejn għandu jsir dan il-monument.
Il-messaġġ huwa wieħed ċar: proġett bħal dan jissimbolizza r-rispett li kull wieħed u waħda minnha għandu jkollu lejn l-annimali ta’ madwarna.
//= $special ?>