Matul il-ġurnata tas-Sibt kompliet l-maratona Sfida 51 li qegħda tixxandar live fuq Net Television. Maratona li bdiet il-Ġimgħa fis-sitta ta’ filgħaxija u tkompli sal-Ħadd fid-disgħa ta’ filgħaxija.
B’kollox qegħdin jieħdu sehem 8 personalitajiet li huma: Louise Tedesco, Graham Sansone, Clarisa Ellul, David Thake, Charmaine Parnis, Jean Claude Micallef, Matthew Mamo u Chris Micallef., li huma maqsumin f’2 timijiet, tim alfa u tim omega.
Matul il-ġurnata spikkaw il-bosta sfidi u logħob li kellhom jieħdu sehem fihom il-personalitajiet. Spikkaw ukoll iż-żjarat tal-preżentaturi tal-iskeda l-ġdida ta’ Net Television.
Spikkaw ukoll il-kollegamenti ma’ Radio 101 fejn ixxandru wkoll partijiet minn programmi tar-radju, bid-DJs jingħaqdu fil-kollegament televiżiv waqt li jkunu qed jinstemgħu fuq Radio101.
L-isfida waqfet biss għal sagħtejn, minħabba l-funeral tal-kollega David Chircop, bil-partecipanti iħallu l-istudios ta’ NET TV u kif xieraq jagħtuh l-aħħar tislima waqt il-funeral fil-knisja tal-Mosta.
Il-pubbliku jista’ jċempel u jaghti d-donazzjoni tiegħu ta’ 5 ewro b’risq Media.link Communications, filwaqt li ma’ kull telefonata jista’ jivvota għat-tim favorit tiegħu. Kull min iċempel għandu ċ-ċans jirbaħ premji li qegħdin jingħataw matul il-51 siegħa.
//= $special ?>