Lokali

Format ġdid tal-aħbarjiet fl-iskeda l-ġdida ta’ NET Television.

L-aħbarijiet fuq NET Television mit-Tnejn se jieħdu dehra u format ġdid hekk kif l-iskeda l-ġdida ta’ NET Television se tkun qed tinkludi ħin itwal li fih se jkunu qed jixxandru l-istejjer b’aħbar.

Mit-Tnejn sal-Gimgħa, il-programm Newsfeed se jkun qed iwassal lit-telespettaturi numru ta’ stejjer li se jkunu qed jiġu investigati b’aktar dettal, b’numru ta’ mistednin u intervisti. Il-programm, li se jkun qed jibda fis-seba’ ta’ filgħaxija se jitella mill-ġurnalisti ta’ Net Televison taħt it-tmexxija tal-kap tal-aħbarijiet Fabian Demicoli u bi preżentazzjoni ta’ Louise Tedesco u Norman Vella.

Il-bulettin tal-aħbarijiet, se jkompli jixxandar fis-7.30 ta’ filgħaxija u se jkun jinkludi varjeta’ ta’ stejjer umani u ġurnalizmu investigattiv.

Il-Kamra tal-Ahbarijiet, issa tinkudi taħlita ta’ ġurnalisti zghazagh u oħrajn b’esperjenza itwal, bil-għan li l-kamra tal-aħbarijiet ta’ Media.Link Communications tkun tista’ twassal materjal professjonali lis-segwaci ta’ Media.Link Communications – l-unika kumpanija f’Malta li tirraporta u tinvestiga stejjer għal erba’ mezzi ta’ xandir f’daqqa – it-televizjoni, ir-radju, il-gazzetti kif ukoll il-portal tal-aħbarijiet online- is-sit maltarightnow.