Illum fil-11.40am, l-aħħar ġurnata tas-servizz tal-għassiesa tal-ħajja fil-bajja tar-Ramla il-Ħamra f’Għawdex, ġew assistiti żewġ persuni barranin, omm u iben, wara li sabu ruħhom f’ diffikulta’ waqt li kienu qed jgħumu. Huma kienu barra miż-żona tal-għum, in-naħa tax-Xagħra. Din tal-aħħar kienet ukoll fi stat ta’ ħsara.
L-għassiesa tal-ħajja assistewhom u irnexxielhom jkaxkruhom sal-bajja. Fl-istess ħin kien hemm ukoll għawwiem ieħor f’ diffikulta u dan ġie assistit ukoll. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġew infurmati bil każ u kienu fuq il post biss ftit ħin wara l –inċident.
//= $special ?>