Lokali

“GuateMalta twaqqfet bil-għan li tiġbor fondi għall-proġetti fil-Gwatemala”

GuateMalta huwa l-isem ta’ fondazzjoni li twaqqfet dan ix-xahar bil-għan li tiġbor fondi għall-proġetti fil-Gwatemala mmexxija minn Dun Anton Grech – qassis Għawdxi li ilu jaħdem f’dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar 17-il sena.

MaltaRightNow tkellem ma’ membru tal-Bord ta’ din il-fondazzjoni Andre’ Zammit.

Dan is-Sajf grupp ta’ żgħażagħ marru l-Gwatemala biex jagħmlu ħidma volontarja fil-proġetti mmexxija minn Dun Anton Grech.

Tkellimna ma’ Nicholas Briffa li kien fost iż-żgħażagħ li għamlu din l-esperjenza.

Nicholas Briffa għazel l-esperjenza fil-Gwatemala biex jagħmel proposta għaż-żwieg lit-tfajla tiegħu Vanessa.