Internazzjonali

Il-Libja: Sforz għall-paċi

In-Nazzjonijiet Uniti qed tisstinka biex illum jibdew taħditiet ta’ paċi għal-Libja. Dan hekk kif il-pajjiż inħakem minn ġlied qalil bejn gruppi avversarji ta’militanti.

Il-Parlament Libjan bażat f’Tobruk u li għandu għarfien internazzjonali ilbieraħ organizza l-ġurament tal-ħatra tal-Kabinett ġdid.

Dan ġurnata wara li għamel sejħa għal għajnuna internazzjonali fil-ġlieda kontra l-militanti Iżlamiċi li huma bażati fil-kapitali Tripli. Il-militanti li jikkontrollaw Tripli u parti kbira mill-Punent tal-Libja għandhom Gvern u Parlament għalihom.

Aktar fil-ħarġa t’għada ta’ In-Nazzjon.