Lokali

Is-Siġġiewi: Attivitajiet bil-għan li jinġabru aktar fondi għad-Dar tal-Providenza

Mill-Pjazza ta’ San Nikola fis-Siġġiewi, il-Ħadd filgħodu bdiet mixja minn grupp ta’ parteċipanti sad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi stess.

Parteċipanti oħra  ħadu sehem f’ġirja li bdiet miż-Żurrieq u oħrajn qadfu bir-roti mill-Imdina. Id-destinazzjoni tat-tlett attivitajiet sportivi, b’għan komuni li jiġbru fondi għad-Dar tal-Providenza kienet propju id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-parteċipanti li għamlu l-mixja fis-Siġġiewi u tkellmet dwar l-għaqda li juri l-poplu Malti f’attivitajiet ta’ solidarjeta’.

Fost dawk li pparteċipaw fil-mixja fis-Siġġiewi kien hemm l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, Monsinjur Charles Scicluna, diversi Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra rappreżentanti u membri ta’ unions u għaqdiet u s-Sindku tas-Siġġiewi Karol Aquilina.

Biex issostni l-operat ta’ ħidma tagħha ma’ persuni b’diżabilita’, id-Dar tal-Providenza teħtieg tlett miljun ewro u nofs fis-sena.  Tkellem ukoll ma’ Fr. Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza li għadda messaġġ dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni f’attivitajiet filantropiċi bħal tal-Ħadd filgħodu.