Ilbierah filgħaxija l-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard organizza serata li matulha l-Arċisqof Pawlu Cremona ngħata l-unur ta’ “Unur Ħ’Attard” mis-Sindku ta’ din il-lokalità, is-Sur Stefan Cordina.
Dan ir-rikonoxximent jingħata għall-kontribut li persuna tkun tat lil-lokalità ta’ Ħ’Attard. Huma r-residenti stess li jinnominaw lil residenti oħra, jew lil persuni li jkunu taw kontribut lil Ħ’Attard.
L-Arċisqof Pawlu Cremona ilu mill-2007 residenti f’ Ħ’Attard.
Ritratti ħajr lil Photocity, Valletta.
//= $special ?>