L-akbar problema li qed jiffaċċja s-settur tas-saħħa f’pajjiżna hi n-nuqqas ta’ infermiera. Il-President tal-Union tal-Infermeira u l-Qwiebel l-MUMN qal dan f’intervista ma’ MalraRightNow.
Hu ġab eżempju prattiku ta’ nuqqas ta’ infermiera fir-Renal Unit, fl-ITU u fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.
Il-President tal-MUMN qal li problema oħra li qed jiffaċċjja s-settur tas-saħħa hi tat-tibdil tal-management bi dħul ta’ nies minn barra ċ-ċivil li qed jieħdu post nies b’esperjenza kbira.
Mistqosi dwar l-iffullar ta’ pazjenti u l-problema ta’ pazjenti fil-kuriduri tal-Isptar Mater Dei, Paul Pace qal li waħda mis-soluzzjonijiet hi li jingħataw aktar servizzi ta’ kura primarja fid-djar.
Dwar it-trasferiment ta’ ommijiet li jkun għadhom kif welldu għal Ward Fairyland, Paul Pace qal li kienet reġistrata żieda żgħira fir-rata tat-twelid ta’ trabi u dan wassal biex fis-sala tal-maternita’, l-obstetrics ward, mhux ikun hemm soddod biżżejjed.
//= $special ?>