Għat-tielet darba fi żmien 24 siegħa, seħħ inċident tat-traffiku fejn mutur ħabat ma’ karozza u s-sewwieq tiegħu spiċċa ferut.
Għall-ħabta tas-6.15 tal-lejla, mutur tat-tip Hyosung Aquila ħabat ma’ Mazda 323. L-inċident seħħ fi Triq Ħal Luqa, Ħal Qormi.
Ir-raġel tal-mutur għandu 53 sena u huwa mis-Siġġiewi filwaqt li x-xuffier tal-vettura huwa Sirjan ta’ 48 sena, residenti f’Birżebbuga.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar għall-kura. Is-sewwieq tal-karozza ma weġġax.
//= $special ?>