Times of Malta, Malta Today u Malta Independent ħabbru li se jkunu qed jingħaqdu flimkien biex mhux biss jaraw li jsir referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, iżda wkoll biex jikkampanjaw kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa.
Fil-kampanja tagħhom, il-midja se tkun qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex jivvota fir-referendum – dan wara li l-koalizzjoni kontra l-kacca fir-rebbiegħa kienet ġabret biżżejjed firem skont il-liġi ta’ Malta biex ikun jista’ jsir dan ir-referendum.
Times of Malta, Malta Today u The Malta Independent qalu li se jkunu qed jaraw li l-Gvern jibqa’ kommess li jorganizza r-referendum u jirrispetta d-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadini; dan wara li tħassib li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali jistgħu ikunu posposti; elezzjonijiet li l-koalizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa riedet li magħhom isir ir-referendum biex jiżdied it-‘turnout’.
//= $special ?>