Plakka informattiva dwar il-Monument tal-Indipendenza fil-Floriana ġiet ivvandalizzata u tqaċċtet minn postha. Jidher li ma saret l-ebda ħsara fuq il-monument innifsu
Il-plakka tipprovdi tagħrif dwar il-monument tal-indipendenza li kien sar biex fakkar il-25 anniversarju tal-indipendenza ta’ Malta. Il-mudell hu tal-iskultur Ġanni Bonnici u x-xogħol inħadem fil-fonderija Taljana, Badalotti.
Il-monument ġie inawgurat fit-23 ta’ Settembru 1989 mill-President ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, Ċensu Tabone.
//= $special ?>