Raġel ta’ 35 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ, ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident fi Triq il-Bidnija, fl-inħawi tal-Bidnija. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 8.10 ta’ dalgħodu.
Ir-raġel kien qed isuq il-karozza tiegħu, tat-tip Fiat Punto, meta għal xi raġuni jidher li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu bil-kundizzjoni li baqa’ dieħel ġo ħajt li jinsab mal-ġenb tat-triq.
Il-kundizzjoni tax-xuffier hija waħda krittika.
Bil-każ ġie infurmat il-Magistrat tal-Għassa, li ħatar diversi esperti biex jgħinuh fl-inkjesta.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Il-Pulizija ta’ Malta
//= $special ?>